Rekord Enormi Ta’ Persuni Bil-Covid-19 Fl-Indja – Pazjenti Anke Barra L-Bini Tal-Isptarijiet

L-Indja mistennija li tirreġistra rekord dinji fir-rigward ta’ każijiet pożittivi għall-Covid-19. L-aħħar ċifri ppubblikati, urew li l-Indja rreġistrat 349,691 każ ġdid f’24 siegħa biss.
Dan kiser ir-rekord dinji għar-raba’ jum konsekuttiv.
Il-Prim Ministru Narendra Modi ħeġġeġ liċ-ċittadini biex jieħdu l-vaċċin u l-prekawzzjonijiet kollha mill-aktar fis.
L-Istati Uniti tal-Amerka qalet li tinsab inkwetata dwar din iż-żieda enormi u tenniet li se tibgħat l-għajnuna lil dan il-pajjiż.
Kawża ta’ dan, l-isptarijiet kollha ta’ Delhi u postijiet oħra, jinsabu msallba mmens. Tant hemm kaos attwalment, li bosta huma l-pazjenti li qed jingħataw kura fuq strecthers barra l-bini tal-isptarijiet.