Robert Abela U Bernard Grech Illejla Fuq L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa
Illejla l-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech se jkunu qed iwieġbu l-mistoqsijiet tal-preżentatur Mark Laurence Zammit fil-programm L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa.
Il-programm se jsir anke fl-isfond tar-rilaxx tal-miżuri li tħabbru dalgħodu.
Bla dubju li l-mexxejja se jwieġbu wkoll dwar diversi temi kurrenti oħra.
Il-Programm jibda fid-9p.m. u jixxandar fuq TVM.