Se Tkun Irrestawrata N-Niċċa Ta’ San Pawl Fir-Rabat

 Se Tkun Irrestawrata N-Niċċa Ta’ San Pawl Fir-Rabat

Permezz ta’ ftehim bejn żewġ entitajiet, in-niċċa ta’ San Pawl li tinsab fis-Saqqajja se tkun irrestawrata.

Fil-jum tat-Tlieta, quddiem l-istess niċċa, il-Kunsill Lokali tar-Rabat u l-Aġenzija Komunità Malta, iffirmaw kuntratt sabiex jingħata bidu għal proġett li se jiswa madwar €100,000.

Din kienet ġiet ikkummisjonata fl-1727 mill-Granmastru de Vilhena u matul is-snin kellha importanza kbira kemm għar-Rabtin kif ukoll fuq livell nazzjonali.

Bħalissa, in-niċċa tinsab fi stat ħażin ħafna, tant li partijiet minna qed jaqgħu.

Għaldaqstant, il-proġett ta’ restawr mistenni jerġa jagħti ħajja lill-istess niċċa filwaqt li jkompli jsebbaħ żona li hija frekwentata minn ħafna nies.

Ritratti: Kunsill Lokali Rabat Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com