Serie A – Inter Jkomplu Jkabbru l-Vantaġġ F’Ras Il-Klassifika
Inter komplew ikabbru l-vantaġġ f’ras il-klassifika meta barra minn darhom huma għelbu lill-Bologna 1 – 0 b’gowl ta’ Romelu Lukaku fil-31 minuta. Bologna kontra Inter ġabet fit-tmiema l-29 ġurnata.
Milan u Juventus ġew miżmuma fid-draw minn Sampdoria u Torino rispettivament. Fl-ewwel partita tas-sibt wara nofsinhar Milan ġew minn wara biex ħadu punt fid-draw ta’ 1 – 1. Quagliarella poġġa lill-Sampdoria fil-vantaġġ fil-57 minuta b’Hauge igib id-draw tlett minuti mit-tmiem. Fid-derby bejn Torino u Juventus, anke dawn tal-aħħar ġew minn wara li kienu qed jitilfu 2 – 1. Chiesa poġġa lill-Juventus fil-vantaġġ fil-13 il-minuta b’Sanabria jagħmilhom 1 – 1 erbatax il-minuta wara. Lis-stess Sanabria poġġa lil Torino fil-vantaġġ mal-bidu tat-tieni taqsima b’Ronaldo iġib id-draw għaxar minuti mit-tmiem.
Atalanta r-reġistraw rebħa importanti ta’ 3 – 2 kontra Udinese b’gowls ta’ Luis Muriel (doppjetta) u Duvan Zapata. Għal Udinese skurjaw Pereyra u Larson.
F’riżultati oħra:-
Benevento 2 – 2 Parma
Cagliari 0 – 2 Hellas Verona
Genoa 1 – 1 Fiorentina
Lazio 2 – 1 Spezia
Napoli 4 – 3 Crotone
Sassuolo 2 – 2 Roma
Ritratt: Sempreinter