Serie A – Inter Miżmuma b’Juventus Jirbħu F’Darhom

 Serie A – Inter Miżmuma b’Juventus Jirbħu F’Darhom

Fl-Italja illejla kompliet tintlagħab il-32 ġurnata tas-Serie A fejn bla dubju spikkaw it-telfa ta’ Milan kontra Sassuolo bil-leaders Inter miżmuma minn Spezia.

Fl-ewwel partita Milan f’darhom ġew megħluba minn Sasuolo 2 – 1. Kienu Milan li marru fil-vantaġġ minn Calhanoglu fit-30 minuta logħob iżda Raspadori fil-76 minuta u fil-83 minuta skorja darbtejn biex ta’ rebħa pjuttost sorpriża lil Sassuolo.

Juventus f’darhom ġew minn wara biex għelbu lill-Parma 3 – 1. Kienu Parma li marru fil-vantaġġ fil-25 minuta permezz ta’ Brugman iżda żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima Alex Sandro ġab id-draw. Lis-stess plejer poġġa lill-bianconeri għal ewwel darba fil-vantaġġ ma żewġ minuti logħob fit-tieni taqsima bl-skor isir 2 – 1. De Ligt għamel ċert mit-tlett punti bit-tielet gowl għal Juventus fil-68 minuta.

Inter barra minn darhom ġew miżmuma minn Spezia fid-draw ta’ 1 – 1. Farias poġġa lill-Spezia fil-vantaġġ b’Perisic iġib id-draw għat-tim t’Antonio Conte fil-39 minuta logħob.

F’logħbiet oħra:-

Crotone 0 – 1 Sampdoria

Bologna 1 – 1 Torino

Genoa 2 – 2 Benevento

Udinese 0 – 1 Cagliari

Għada jkollna lill-Roma li jilgħabu kontra Atalanta fil-18.30 u Napoli kontra Lazio fil-20.45.

 

Ritratt: Eurosport

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com