Siġar Taċ-Ċipress Tneħħew Dalgħodu Minn Taħt Pont Tal-Flyover. Għaliex?

 Siġar Taċ-Ċipress Tneħħew Dalgħodu Minn Taħt Pont Tal-Flyover. Għaliex?

Jidher li dalgħodu tneħħew xi siġar taċ-Ċipress li tħawwlu taħt il-pont tal-flyovers. Dan minħabba li ġie nnutat li dawn is-siġar kapaċi jikbru tant, li ma jkollhomx spazju biżżejjed fejn jimirħu u għalhekk, joħolqu inkonvenjent.

L-Għaqda Siġar Maltin innutat dan ukoll u tenniet li filwaqt li jieħdu gost jaraw siġar jitħawlu, dan irid isir b’għaqal u b’viżjoni.

Fil-proġett tal-Marsa, tħawwlu ammont sabiħ ta’ siġar li jinkludi Ballut, Żebbuġ u Ċipress.

“Huwa evidenti li fill-proġett tal-Marsa ma kien hemm l-ebda pjan fit-tul li jħares dawn is-siġar fis-snin li ġejjin.”
Qalu li s-siġar tal-Ballut kapaċi jogħla sa 20 metru, u dawn tħawlu wkoll direttament taħt strutturi tal-konkos.
“Siġar mħawwla f’kuntest urban iridu jitħawlu bi ħsieb li jara kif is-siġar ħa jafettwaw lil xulxin, kif ukoll infrastruttura oħra, meta jimattruaw kompletamt, u mhux għan-numru!”, tenniet l-Għaqda Siġar Maltin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com