Sospiża Applikazzjoni Għal Pont Pedonali F’Birkirkara
Applikazzjoni għal bini ta’ pont pedonali fi Triq il-Wied f’Birkirkara ġiet sospiża minn Infrastructure Malta wara li diversi residenti ppreżentaw l-oġġezzjonijiet tagħhom għal dak propost.
Il-pont kien ħa jkun mgħammar b’lift li jesa’ tmien persuni, u l-ħsieb warajh kien li jagħmilha iktar faċli li dak li jkun jaqsam l-istess triq.
MaltaToday irrappurtat li r-residenti ma qablux mal-idea, b’uħud minnhom jiddeskrivuh bħala eyesore.
Dan filwaqt li s-sospensjoni saret minn Infrastructure Malta wara li kien hemm talba għal iktar konsultazzjoni fuq il-proġett mill-Kunsill Lokali.