Spanja Se Tilqa’ Turisti Mingħajr Il-Bżonn tat-Test Tal-Covid-19 Minn Ġunju

 Spanja Se Tilqa’ Turisti Mingħajr Il-Bżonn tat-Test Tal-Covid-19 Minn Ġunju

Il-Gvern Spanjol iddeċieda li jippermetti ċittadini tal-Unjoni Ewropea jidħlu fil-pajjiż mingħajr ma jkollhom bżonn test tal-Covid-19 kif ukoll mingħajr il-bżonn ta’ iżolazzjoni. Dan billi jkollhom id-‘Digital Green Certificate’ minn Ġunju li ġej.

L-Awtoritajiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea ħabbru li d-‘Digital Green Certificate’ li huwa magħruf ukoll bħala l-passaport tal-vaċċin se jkun lest minn Ġunju li ġej.

Dan se jippermetti lit-turisti jsiefru b’mod liberu f’pajjiżi tal-unjoni Ewropea mingħajr il-bżonn ta’ restrizzjonijiet marbuta mal-Covid-19, inkluż fi Spanja.

Ritratt: Daily Express

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com