Tilef Il-Kontroll Tal-Mutur U Waqa’
Fi stqarrija mill-pulizija, intqal li llbieraħ, għall-ħabta tat-20.00, il-Pulizija kienet infurmata li seħħ inċident tat-traffiku fi Triq San Pawl tal-Pitkali, Ħad-Dingli.
Jidher li raġel ta’ 29 sena minn Nepal tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Kymco Agility, u waqa’.
Miegħu kien hemm passiġġier raġel ta’ 26 sena minn Nepal ukoll.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna b’ ambulanza toħodhom l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Aktar tard, ix-xufier ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li l-passiġġier ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: errcmalta.com