“Tista’ Tgħidilna Xi Gwadann Għamilt?”
Iktar kmieni dil-ġimgħa, il-Kunsill Lokali tar-Rabat Malta kiteb fuq Facebook li reġa kien hemm att vandalu ieħor.
Din id-darba kien imiss tabella li tindika liema naħa qegħdin iż-żoni magħrufin bħala Tas-Salib u Ta’ Koronja.
Is-Sindku Sandro Craus irrimarka li ħafna nies f’dawn iż-żminijiet qed jiffrekwentaw żoni bħal dawn fir-Rabat.
Huwa appella biex kulħadd jibża’ għal dil-lokalità billi ma jitħallix skart, ma jitwaqqgħux ħitan tas-sejjieħ u ma jitkissrux tabelli.
Il-Kunsill Lokali staqsa xi gwadann sar bil-vandaliżmu fuq din it-tabella partikolari, filwaqt li rringrazzja sarkastikament talli min għamel dan l-att se jkun qed jaħli l-flus tal-istess Kunsill Lokali.
Ritratt: Kunsill Lokali Rabat Malta / Sandro Craus / Facebook