Titħajjar Tidħol Ġurnalist Ma’ StradaRjali.com?
Sitt xhur ilhu t-tim ta’ StradaRjali.com beda vjaġġ eċitanti bil-għan li tinħoloq pjattaforma diġitali li twassal Aħbarijiet Kurrenti, Stejjer Esklussivi, Informazzjoni u materjal ieħor ta’ interess ġenerali bl-iskop li jinforma u jqajjem diskussjoni.
F’dawn l-aħħar xhur rajna interess minn aktar minn miljun u nofs viżitatur li żar is-sit tagħna minn jum għal ieħor. Illum StradaRjali.com tinsab ma’ fost l-aktar pjattaformi popolari Maltin.
Permezz tal-midja soċjali jkollna interazzjoni ta’ kważi 300,000 persuna fil-ġimgħa. Konna hemm b’numru ta’ stejjer esklussivi u rrapurtajna ġrajjiet li ma rrapurtax kullħadd! Se nkomplu nkunu differenti u fuq kollox ta’ servizz lejn il-qarrejja tagħna u lejn dawk li se jkunu qed jagħżlu lil StradaRjali.com bħala s-sit li jidħlu fiħ kuljum sabiex isibu l-informazzjoni.
B’mod naturali issa wasal il-pass li jmiss u għalhekk qed inħarsu li nkomplu nkabbru t-tim tagħna. Qedgħin infittxu ġurnalist fulltime sabiex flimkien ma’ tim dinamiku jkompli jagħmel StradaRjali.com suċċess.
Jekk int kreattiv, taf tikteb sew bil-Malti u tħoss li għandek il-kwalitajiet neċessarji għall-ġurnaliżmu, aħna għandna opportunità unika għalik !
Nistednuk tibgħat e-mail fuq [email protected] bid-dettalji u l-profil tiegħek sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 23 ta’ April 2021.