UCL – Chelsea u PSG Jikkwalfikaw….Ilejla Jikkwalfikaw Żewġ Timijiet Oħra
Illejla isir magħruf l-kwadru kollu li ser jifformaw s-semi finali tal-UEFA Champions League hekk kif jintlagħbu l-aħħar żewġ legs tal-kwarti finali.
F’Anfield Liverpool jilqaw lill-Real Madrid wara li dawn tal-aħħar rebħu l-ewwel leg 3 – 1 u għalhekk jibdew bħala favoriti netti li jikkwalfikaw għas-semi finali. Liverpool ser ikunu mingħajr il-captain Jordan Henderson imweġġa apparti plejers oħra li ilhom neqsin għal diversi ġimgħat. Jurgen Klopp sostna li biex Liverpool idawwru r-riżultat iridu jiddefendu tajjeb filwaqt li jikkrejaw ħafna iżjed. Lucas Vazquez weġġa fir-rebħa ta’ Real kontra Barcelona u għalhekk mhux ser jkun eleġibli għal logħob. Anke id-difensuri Raphael Varane u Sergio Ramos ser ikun neqsin għal Madrileni wara li t-testjaw fil-pożittiv għal Covid-19.
Il-konfront l-ieħor tal-lejla ser ilaqqa lill-Borussia Dortmund u lill-Manchester City b’dawn tal-aħħar jirbħu l-ewwel leg 2 – 1. Dan il-konfront qed jitqies bħala wieħed miftuħ għal kull tip ta’ riżultat u kwalfikazzjoni. Fl-eventwalita li Manchester City jfallu milli jikkwalifikaw, dan jitqies bħala falliment għal manager tagħhom Pep Guardiola li s’issa qatt ma irnexxilu jwassal lit-tim mal-aħħar erba. Jadon Sancho ser ikun nieqes għal Ġermaniżi li filwaqt li l-uniċi plejers dubbjużi għac-City huma Sergio Aguero u Aymeric Laporte.
Iż-żewġ partiti jibdew fil-21.00.
Sadinitant ilbieraħ Chelsea u PSG ikkwalfikaw għas-semi finali minkejja li tilfu b’riżultat identiku ta’ 1 – 0 kontra Porto u Bayern Munich rispettivament.
Ritratt: 90min.com