UCL – Ħajt tedjanti ta’ Real Madrid Jaqta’ Nifs Liverpool Eliminati.. Man City Fis-Semi Finali
UEFA Championsa League – Kwarti Finali Tieni Legs
Liverpool eliminati !!!
Il-ħajt uman ta’ Real Madrid literallment qata nifs il-players tar-Reds fi draw ta’ 0-0 f’Anfield, biex l-Ispanjoli kkwalifikaw b’aggregate skor ta’ 3-1.
Kwalifikazzjoni meritata wara kollox għat-tim tal-kowċ Zinedine Zidane, dejqu lill-ħafna newtrali li raw il-partita, iżda Madrid x’jinteresshom?!.
Dixxiplina tattika, rieda u personalita għal Real Madrid li għal kollox issuperat l-entużjażmu fil-bidu u li majnat mal-ħin, kif ukoll l-intensita li pruvaw jilgħabu biha Liverpool tul id-disgħin minuta u li iżda ma’ waslet għal xejn biex Real avvanzaw għas-semifinali u issa jiltaqgħu kontra Chelsea fil-fażi tal-aħħar erbgħa.
Liverpool tista tgħid inqalgħu fl-ewwel leg f’Madrid ġimgħa ilu, jidher ċar li jinsabu fi tmiem ta’ era.
L-attakk ta’ Salah, Firmino u Mane m’għadux jiffunzjona bħal qabel, anke Diogo Jota deher fqir taħt markatura stretta ħafna mid-difensuri avversarji u jekk qed titlob jew tittama li tavvanza f’dan il-livell ta’ futbol b’difiża magħmula minn Phillips u Ozan Kabak, probabbli qed tkun tost u titlob wisq.
Il-partitarji tar-Reds hemm bżonn ukoll li jibdew jibdlu d-diska tal-players neqsin fit-tim, jew għax kienu mingħajr Virgil Van Dijk, għax jekk niġu f’dan anke Real Madrid kellhom elementi mportanti barra fil-partita f’Anfield, fosthom Sergio Ramos, Varane u Edin Hazard.
Fil-logħba l-oħra ntant, rebħa identika għall-ewwel partita f’darhom il-ġimgħa li għaddiet għal Manchester City fuq Borussia Dortmund.
Din id-darba 2-1 ‘away’ fil-Ġermanja, b’Dortmund imorru fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima miż-żagħżugħ Ingliż Jude Bellingham li għad għandu tmintax-il sena u Dortmund akkwistaw fis-sajf li għadda mingħand Birmingham City.
City dawru l-partita favur tagħhom fit-tieni taqsima, kisbu d-draw minn penalty ta’ Riyad Mahrez fil-ħamsa u ħamsin minuta, goal tar-rebħa kwarta mit-tmiem skurjat minn Phil Foden.
B’hekk Manchester City lura għar-rebħ wara ż-żelqa xejn mistennija fil-Kampjonat is-Sibt li għadda f’darhom kontra Leeds United u tibqa ħajja l-ħolma bla preċedent ta’ erba’ titli maġġuri fi staġun wieħed.
Viċin ir-rebħ tal-Premier League, fis-semifinali tal-FA Cup fil-weekend li ġej kontra Chelsea, fil-finali tal-Carabao Cup ġimgħa wara f’Wembley Stadium kontra Tottenham u dan il-passaġġ għas-semi finali tal-UEFA Champions League, bl-avversarjji li jmiss għalihom ikunu l-qawwa ta’ Paris St. Germanin u l-manager Mauricio Pochettino fi dwell li żgur se jkun wieħed interessanti fuq żewġ logħbiet għall-passaġġ fil-finali ta’ din l-aktar kompetizzjoni prestiġġjuża fuq livell ta’ klabbs fil-Futbol Dinji.
Fis-semifinali l-oħra, Real Madrid jospitaw lil Chelsea.