UCL – Man. City Jibdew B’Vantaġġ Komdu

 UCL – Man. City Jibdew B’Vantaġġ Komdu

L-Erbgħa filgħaxija intlagħbet it-tieni semi finali tal-UEFA Champions League fejn f’Parc Des Princes Paris St German ġew megħluba minn Manchester City 2 – 1.

Il-Pariġini bdew tajjeb tant li wara ħmistax il-minuta Marquinhos poġġa lit-tim immexxi minn Mauricio Pochettino fil-vantaġġ bl-ewwel taqsima tintemm 1 – 0 favur PSG.

Manchester City bdew iżidu fil-logħob tagħhom u ma ftit aktar minn siegħa logħob Kevin De Bruyne, wara li rċieva mingħand Zinchenko, xeħet wara Keylor Navas u għamel l-iskor indaqs. Jagħdu seba minuti oħra u t-tim immexxi minn Pep Guardiola marru għal ewwel darba fil-vantaġġ permezz ta’ Riyad Mahrez.

Mifxula minn żewġ gowls f’spazzju ta’ ftit minuti, PSG sofrew daqqa ta’ ħarta oħra hekk kif Idrissa Gueye tkeċċa fil-77 minuta.

Pochettino prova jwettaq reazzjoni fejn għamel żewġ bidliet madankollu l-partita intemmet 2 – 1  favur l-avversarji.

It-tieni leg tintlagħab nhar it-Tlieta li ġej.

 

Ritratt: Independent.co.uk

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com