UEFA Ewropa League – Jintlagħbu L-Ewwel Legs Tal-Kwarti Finali

 UEFA Ewropa League – Jintlagħbu L-Ewwel Legs Tal-Kwarti Finali

Illejla intlagħbu l-ewwel legs tal-kwarti finali tal-UEFA Ewropa League bl-aktar tim li ser jibda t-tieni leg b’mod komdu huma Manchester United meta barra minn darhom rebħu 2 – 0 kontra l-Spanjoli ta’ Granada. Kien Marcus Rashford li fil-31 minuta poġġa lir-red devils fil-vantaġġ bl-ewwel taqsima tintemm 1  – 0. Fl-aħħar mumenti tal-partita Man. Utd ingħataw penalty li minnhu Bruno Fernandes ma falliex għal skor finali ta’ 2 – 0.

Anke Roma rebħu 2 – 1 barra minn darhom kontra Ajax. Kienu l-Olandiżi li marru fil-vantaġġ fil-39 minuta permezz ta’ Klaassen bl-ewwel taqsima tintemm 1 – 0 favur Ajax. Pellegrini fil-57 minuta ġab id-draw għal Roma u tlett minuti mit-tmiem Ibanez jagħti rebħa lit-tim mill-kapitali taljana.

Villareal rebħu 1 – 0 barra minn darhom għand GNK Dinamo Zagreb bl-uniku gowl tal-partita jiskurjaħ Gerard Moreno fl-44 minuta minn penalty.

Fl-Emirates Stadium, Arsenal ġew miżmuma fid-draw ta’ 1 – 1 minn SK Slavia Prague. Nicholas Pepe fil-86 minuta poġġa lil Gunners fil-vantaġġ b’Tomas Holes fl-94 minuta iġib id-draw għal Salvia Prague.

It-tieni legs jintlagħbu bħal lum ġimgħa.

 

Ritratt: Goal.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com