Uffiċjali: Il-Prim Ministru Jħabbar Ir-Rilaxx Ta’ Diversi Miżuri
F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Prim Ministru Robert Abela, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Prof Charmaine Gauci illum tħabbar mod ta’ rilaxx b’kawtela hekk kif qrobna d-data li ssemmiet ftit ġimgħat ilu, dik tal-11 t’April.
Il-Prim Ministru ħabbar li l-isjkejjel se jiftħu minn nhar it-Tnejn permezz tac-Childcare centres, L-Erbgħa l-middle school u l-Ġimgħa s-sekondarja u l-edukazzjoni post-sekondarja u terzjarjarja ser jibqgħu online.
Tħabbar ukoll mit-Tnejn ser jiftħu d-djar tal-anzjani għall-viżitaturi.
Il-Limitu ta’ persuni f’post pubbliku, minn 2 ser jitla’ għal 4 fis-26 ta’ April waqt li dakinhar jiftħu wkoll il-ħwienet mhux essenzjali.
Il-knejjes se jkunu jistgħu jilqgħu pubbliku għall-quddies mit-18 t’April ‘il quddiem.
Fl-1 ta’ Ġunju hija l-mira biex Malta terġa’ tiftaħ għat-turiżmu waqt li hija wkoll il-ġurnata mmirata biex jibdew it-tiġijiet.