Ursula Von Der Leyen Imweġġa’ B’Dak Li Ġara Fit-Turkija
Ursula von der Leyen, l-ewwel president femminili tal-Kummissjoni Ewropea, wegħdet li se tiddefendi d-drittijiet tan-nisa.
Dan wara li ammettiet li ħassitha mweġġa meta ma kellix siġġu ppreparat għaliha waqt summit fit-Turkija.
My visit to Turkey showed how far we still have to go before women are treated as equals. Always. Everywhere.
My story made headlines. But there are so many stories of women, most of them far more serious, that go unobserved.
We have to make sure these stories are also told!
— Ursula von der Leyen (@vonderleyen) April 26, 2021
Hija tħalliet mingħajr siġġu waqt laqgħa mal-President Tork Recep Tayyip Erdogan f’Ankara fis-6 t’ April.
It-Turkija kienet ġiet ikkritikata fuq li ġara, u anke l-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Charles Michel, li ħa s-siġġu li kien hemm ħdejn Erdogan.
Il-pajjiż Tork weħħel fl-Unjoni Ewropea għal dak li ġara, fejn von der Leyen spiċċat bil-qiegħda fuq sufan.
Waqt diskors li għamlet fil-Parlament Ewropew fil-jum tat-Tnejn, il-President tal-Kummissjoni Ewropea ssuġġeriet li dan kien każ ta’ sessiżmu.
Qalet li ma tara l-ebda raġuni oħra għala ġiet trattata differenti minn Michel, b’dan tal-aħħar jiskuża ruħu għal dak li għamel.
Ritratt: EPA / Presidenza Torka