“Wasal Żmien Deċiżjonijiet Li Mhux Kulħadd Jieħu Gost Bihom” – Bernard Grech

 “Wasal Żmien Deċiżjonijiet Li Mhux Kulħadd Jieħu Gost Bihom” – Bernard Grech

Wara t-tiġdid li sar fil-Partit Nazzjonalista, issa wasal iż-żmien li jittieħdu d-deċiżjonijiet iebsa u mhux popolari.

Hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’kumment imxandar matul il-programm NET Live, b’reazzjoni għall-istħarriġ tal-opinjoni pubblika li kienu ppubblikati f’żewġ gazzetti lokali l-Ħadd.

Bernard Grech stqarr li l-istħarriġ li ġie ppubblikat il-Ħadd juri li l-PN naqqas id-distakk bejnu u bejn il-Partit Laburista. Qal li dan juri l-kambjamenti tal-PN f’dawn l-aħħar 6 xhur, imma li fadal x’isir.

Grech żied jgħid li l-bidla fil-Partit Nazzjonalista kienet bil-fażijiet. L-ewwel fażijiet kienu li jitnaqqas d-distakk bejn il-partiti, li ġie organizzat il-PN, li ġġedded, u li sar partit iżjed żgħażugħ. Però, issa waslet il-fażi li jittieħdu deċiżjonijiet li hu ddeskriva bħala mhux popolari u lanqas faċli.

Qal li dawn id-deċiżjonijiet iebsa se joħodhom mingħajr biżà u mingħajr favur, għax skontu, hekk hemm bżonn biex il-Partit Nazzjonalista ikun Gvern tassew alternattiv.

Fi stħarriġ li kien sar fl-aħħar ta’ Jannar, il-Partit Laburista żamm id-distakk politiku mill-Partit Nazzjonalista li akkwista fl-elezzjoni ġenerali tal-2017.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com