Xi Tfisser ‘Long COVID’? Kemm Hawn Min Qed Jgħaddi Minnha?
Issa għaddiet aktar minn sena minn meta l-pandemija faqqgħet, u għalhekk madwar id-dinja hawn ħafna aktar informazzjoni dwar dan il-virus milli kellna sena ilu.
Fost l-oħrajn illum nafu li ħafna persuni qed jibqgħu jbatu minn varjetà ta’ sintomi, anki xhur wara li jkunu fiequ mill-COVID-19. ‘Long-COVID’ ifisser propju dan.
Is-sintomi jvarjaw minn persuna għall-oħra, u f’ċerti każi dawk li baqgħu jbatu mis-sintomi għal xhur sħaħ lanqas kienu persuni li l-virus keddhom wisq, saħansitra xi wħud setgħu anki kienu bla sintomi.
Xi studji sabu li 10% tan-nies li kellhom il-COVID-19 b’sintomi ħfief imbagħad komplew ibatu mill-‘Long-Covid’. Filwaqt li studji oħra qalu li 35% ta’ dawk b’sintomi ħfief jispiċċaw biex jibqgħu jesperjenzaw sintomi fit-tul.
Dawn huma wħud mis-sintomi fit-tul li ġew rrappurtati minn diversi pazjenti li kienu ddikjarati mfejjqa mill-COVID-19:
- Xagħar jsir eħfef jew jaqa’
- Telf jew bidla fir-riħa u fit-togħma
- Problemi tan-nifs
- Problemi relatati mal-qalb u tagħfis fis-sider
- Problemi tal-fwied u tal-kliewi
- Blood clots u trombożi
- Problemi tal-ġilda
- Disturb gastrointestinali b’dijarea
- Depressjoni, ansjetà u diffikultajiet konjittivi
- Uġigħ ta’ ras kontinwu
Ritratt: Medical Xpress