X’Taħsbu Jekk Triq Il-Kbira San Ġużepp Fil-Ħamrun Tingħata Għall-Pubbliku?
Hekk staqsa s-Sindku Ħamruniż Christian Sammut permezz ta’ ħsieb fuq il-midja soċjali tiegħu fejn talab lill-pubbliku għall-kummenti u l-ħsibijiet tagħhom.
Staqsa jekkx Triq il-Kbira San Ġużepp mill-Pjazza San Pawl sal-knisja ta’ San Gejtanu għandhiex terġa’ tkun prijorità għan-nies minflok għall-karozzi?!
Hawnhekk staqsa wkoll għandux jitneħħa l-parkeġġ, tisbieħ it-triq, kif ukoll jekkx din it-triq għandhiex tkun magħluqa għan-nies matul tmiem il-ġimgħa?!
Saħaq li hemm bżonn ta’ bidla fil-mentalità li fl-aħħar mill-aħħar, biha jgawdi l-poplu u l-prijorità jkun hu fuq il-karozzi.
Id-disinn li tella’ s-Sindku fuq il-midja soċjali sar minn Steve Compagno.
Intom x’taħsbu dwar dan?!