Xtara Google Tal-Arġentina Għall-Prezz Miżeru Ta’ $2.90

 Xtara Google Tal-Arġentina Għall-Prezz Miżeru Ta’ $2.90

Id-domain ta’ Google fl-Arġentina nxtara minn web-designer waqt li s-sit ma kinitx qed taħdem għal sagħtejn.

Nicolas Kurona ta’ 30 sena rnexxielu jixtri Google.com.ar permezz ta’ proċess normali għall-aħħar.

Kollox beda meta huwa sar jaf li Google mhux taħdem. Minn hemm, Nicolas mar fuq is-sit tal-organizzazzjoni li topera d-domains tal-pajjiż bil-code .ar, fittex għal Google, u din tfaċċat għal bejgħ.

Minkejja li ħaseb li mhux se taħdem, huwa għamel il-proċess normali biex jixtriha, kif fil-fatt ġara għal prezz miżeru ta’ $2.90.

Perpless b’dak li ġara u konxju li dak li kien għadu kif għamel ma kienx normali, Nicolas kiteb fuq Twitter, sabiex juri li ma kellu l-ebda intenzjonijiet ħżiena.

Ħafna kienu dawk li pruvaw jaħsbu x’seta’ ġara. Kien hemm min qal li Google insew iġeddu l-isem tad-domain, b’Google jgħidu li l-liċenzja ma kinitx skadiet.

Nicolas qal li huwa kuntent li ma spiċċax fl-inkwiet, spjega li d-domain itteħidlu mingħandu u baqa ma tħallasx lura.

Barra minn hekk, Google m’ għamlux kuntatt miegħu, filwaqt li l-istess kumpanija għadha ma qalitx kif irnexxilha tiegħu l-isem lura.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com