“Żeffiena Maltin Ilmentaw Għax Intagħżilna Aħna Għall-‘Music Video’ … Ironija”
Clayton Mifsud li huwa wieħed miż-żeffiena magħrufa f’pajjiżna kif ukoll wieħed mid-diretturi tal-kumpanija Kinetic Dance Academy, kiteb dwar l-ironija li żeffiena Maltin li qed jilmentaw għaliex intagħżlu l-barranin biex jakkumpanjaw lil Destiny, huma l-istess żeffiena li lmentaw għax intagħżlu huma għall-muisc video.
Saħaq, li qalu li wħud minnhom ma studjawx ‘barra minn Malta’. “Għax bħallikieku m’għandiex skejjel ta’ livell għoli hawn Malta li kapaċi irawmu żeffiena ta’ livell għoli u saħansitra jiġu kkwalifikati fuq livell internazzjonali”, enfasizza Mifsud.
Clayton appella biex qabel jitkellmu ma jikkontradixxux lilhom nfushom għaliex din mhux battalja tiegħu jew ta’ ħaddieħor, imma hi battalja ta’ kull artist li għandu jkun stmat kif jixraqlu.
Taħsbu li fil-verità, tidħol l-għira meta xi ħadd jirnexxielu jagħmel pass ‘il fuq?