20 Persuna Mejta u Bosta Midruba Fil-Messiku. X’Ġara?

 20 Persuna Mejta u Bosta Midruba Fil-Messiku. X’Ġara?

Minn tal-anqas, 20 persuna mietu u bosta oħrajn sfaw midruba hekk kif ikkollassat linja tal-karreġġjata tal-metro fil-Messiku waqt li kienet għaddejja ferrovija minn fuqha.

Xi kabini tal-ferrovija spiċċaw waqgħu għal isfel u daħnu karozza fi triq traffikuża.

Dan ġara lbieraħ filgħaxija fejn l-akkwata mtliet bil-pulizija u ħaddiema tal-protezzjoni ċivili kif ukoll ambulanzi.

Intqal li fl-istruttura diġà kien ġie rrapurtat xquq wara t-terrimot tal-2017 u anke saru xi tiswijiet.

Jidher li b’kollox sa issa, hemm madwar 70 persuna feruta; liema numru huwa mistenni jkompli tiela’.

Ritratti: Reuters

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com