40 Sena Mill-Attentat Ta’ Qtil Fuq Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni

 40 Sena Mill-Attentat Ta’ Qtil Fuq Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni

Illum huwa l-40 anniversarju minn meta sparaw lill-Papa Ġwanni Pawlu II. Kien it-13 ta’ Mejju tal-1981 għall-ħabta tal-5pm meta l-Papa kien qed idur fil-karozza mikxufa (Pope Mobil) fi Pjazza San Pietru.

Eżżattament fil-5.17pm, il-Papa kien intlaqat minn tiri li kienu sparati minn Mehmet Ali Agca. Jingħad li hu kien tqabbad mis-servizzi sigrieti Bulgari biex iwettaq dan l-attentat; liema informazzjoni qatt ma ġiet ikkonfermata.

Il-Papa kien irkupra wara xhur u ħafer lil Mehmet Ali Agca tant li mar iżuru fil-ħabs.

Ritratt: Daily Mail

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com