5 Snin U 9 Xhur Ħabs Għal Jarryd Hayne
Jarryd Hayne, l-ex plejer tal-kampjonat Awstraljan tar-Rugby, intbagħat 5 snin u 9 xhur ħabs wara li wettaq atti sesswali fuq mara fl-2018. Dan sar fid-dar stess tal-vittma. L-Imħallef sostniet li Hayne kien kunxju mill-fatt li l-vittma ma kinitx qiegħda tagħti l-kunsens tagħha sabiex jitwettaq l-att sesswali, madanakollu huwa baqa’ sejjer bl-aġir tiegħu.
Ritratt: Sky Sports