92 Professjonisti Legali Ġodda Jirċievu L-Warrant
86 avukat u 6 prokuraturi legali rċivew il-warrant wara li wrew il-kompetenza tagħhom li jeżerċitaw il-professjoni legali.
Il-Ministru Edward Zammit Lewis awguralhom filwaqt li saħaq li huwa d-dmir tagħhom li jiggarantixxu aċċess għall-ġustizzja u rappreżentanza legali tajba lil kull ċittadin.
Qal ukoll li għandhom iwettqu dmirhom bis-serjetà, b’imparzjalità u b’rispett sħiħ lejn il-liġijiet u r-regolamenti kollha tal-pajjiż.
Huwa appella biex dejjem jużaw il-professjoni u jgħinu lil min jiġi fil-bżonn tas-servizzi tagħhom u jiggarantixxu aċċess għall-ġustizzja għal kull Malti u Għawdxi.
Ritratt: Pierre Sammut / DOI