Adrian Hillam Se Jitressaq Il-Qorti Dalgħodu
Ilbieraħ, wara talba mill-Awtoritajiet Maltin, ġie estradit lejn Malta mir-Renju Unit, Adrian Hillman b’rabta ma’ investigazzjonijiet li għaddejjin mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarj.
Dawn l-investigazzjonijiet huma relatati mal-konklużjonijiet ta’ Inkjesta Maġisterjali, fejn diġà ttieħdu proċeduri kriminali fil-konfront ta’ diversi persuni u kumpaniji.
Illum, għall-ħabta tal-10.00, ir-raġel ser jitressaq il-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke, akkużat b’ ħasil ta’ flus, frodi u reati oħra.
Il-prosekuzzjoni se tkun qed titmexxa mill-Ispetturi Joseph Xerri u Lianne Bonello, kif ukoll minn Dr Antoine Agius Bonnici, Dr Andrea Zammit u Dr Sean Xerri de Caro mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.