Aġġornament: Sunta – L-Anzjana Ma kinitx Mitlufa…

Ninsabu infurmati mill-Uffiċċju tal-komunikazzjoni fi ħdan il-Pulizija li l-anzjana Sunta, li dwarha, persuna tella’ ritratt tagħha u staqsa lil min jafha biex iċempillu, li Sunta fil-fatt ma kinitx mitlufa.
Hawnhekk joħroġ punt importanti fejn minn kull att, wieħed irid jivverifika n-natura ta’ sitwazzjoni qabel jieħu deċiżjoni li jinforma pubblikament.
Nirringrazzjaw lil Brandon Pisani fi ħdan ic-CMRU (Uffiċċju tal-komunikazzjoni tal-Pulizija) tad-dedikazzjoni u l-ħidma favur informazzjoni tajba li titwassal għand il-poplu sabiex ikun aġġornat konsistentament.