Aġġornat: Eluf Ta’ Persuni Tniżżel L-App Għall-Vawċers Diġitali

 Aġġornat: Eluf Ta’ Persuni Tniżżel L-App Għall-Vawċers Diġitali

F’inqas minn 24 siegħa eluf ta’ persuni niżżlu l-vawċers li l-Gvern qiegħed jagħti bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomiku. It-tieni round ta’ vouchers ta’ €100 ser ikunu jitqassmu kemm b’mod diġitali kif ukoll b’mod fiżiku permezz tal-posta reġistrata. Il-vawċers ser jinqasmu hekk: €60 għall-attivitajiet ta’ divertiment u €40 għal servizzi oħra.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Ekonomija qal li bħalissa għaddej xogħol fuq is-sistema bil-għan li s-servizz jitħaffef. Il-pubbliku ser ikollu ċ-ċans li jniżżel dawn il-vawċers sal-4 ta’ Ġunju u jibda’ jagħmel użu minnhom minnufiħ mis-7 ta’ Ġunju.

Wieħed jista’ jniżżel l-vawċers onlajn minn fuq is-sit wallet.vouchersmimcol.com.

Minn ma jirreġistrax online ser jibda’ jirċievi l-vawċers wara 4 ta’ Ġunju d-dar.

Wara l-impatt ekonomiku li n-negozju ħass minħabba l-miżuri tal-Covid19 ħafna minn negożji lokali qedgħin jistennew dawn il-vawċers bħala stimolu għan-negozji tagħhom.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com