Alexander Fenech Mistenni Jkun President ta’ Valletta FC
Il-Viċi President ta’ Valletta FC Alexander Fenech mistenni li jkun il-President il-ġdid ta’ Valletta FC wara li Victor Scriha jwarrab mill-irwol kurrenti tiegħu jiġifieri dak ta’ President tat-tim Belti.
Ħabbar dan lis-stess Fenech waqt l-edizzjoni tal-program L-Argument ta’ nhar il-Ħadd li għadda.
Huwa sostna li jekk jiġi approvat mill-membri, huwa lest li jidħol għal din ir-responsabilita wara li ilu issa iżjed minn għaxar snin jimmilita fil-klabb ta’ Valletta FC.
Fenech sostna, li apparti l-kandidatura tiegħu, l-membri jridu jaċċettaw ukoll il-bidliet li hemm bżonn isiru sabiex Valletta FC jiġu konformi mal-istatut il-ġdid tal-MFA.
Il-laqgħa ġenerali annwali ta’ Valletta FC ser tkun qed isir fil-ġimgħat li ġejjin.
Ritratt: Valletta FC