Alfred Sant Itenni Li L-Għawdxin Għad Għandhom Għażla Li Jwaqqfu L-Ħsara Li Qed Issir
“Għawdex jinsab f’salib it-toroq. Ħafna jitbekkew li l-gżira Għawdxija diġà qabżet ix-xifer u l-iżviluppi u l-bini li tħallew isiru fiha, kissrulha l-karattru tagħha darba għal dejjem.” Hekk kiteb Dr Alfred Sant fuq il-profil tal-facebook tiegħu.
Tenna li saru u qed isiru dnubiet enormi iżda għad baqa’ marġini ta’ spazju u żmien li fihom is-sitwazzjoni għad tista’ tiġi salvata.
Saħaq li fl-aħħar mill-aħħar, dan kollu jiddependi mir-rieda tal-Għawdxin infushom.
“Għad baqagħlhom l-għażla li jwaqqfu l-ħsara li baqgħet issir. Biss, mhux għal wisq aktar żmien.”
Sant temm jgħid li jekk ser nibqgħu sejrin hekk, daqt ma jkunx baqa’ x’jissalva, għalhekk Għawdex jinsab f’salib it-toroq.
Intom x’taħsbu dwar dan?