Allegat Stupru T’Anzjana F’Dar Tal-Anzjani Fil-Mosta

Carer mis-Serbja, Goran Pantelic ta’ 53 sena, wieġeb mhux ħati li stupra anzjana residenti f’dar tal-anzjani fil-Mosta, liema atti allegatament seħħew fl-14 ta’ Mejju li għadda.
Intqal li l-allegata vittma ta’ 69 sena għandha d-dimensja.
Jidher li t-tmexxija tad-dar tal-anzjani fil-Mosta kkoperat mal-pulizija sabiex jinqabad l-imputat.
Il-carer, kien mixli li abbuża sesswalment persuna vulnerabbli li ma setgħetx tiddefendi lillha nnfisha, kif ukoll li kkaġuna ħsara fil-ġisem tal-imsemmiha persuna.
Fil-Qorti ssemma’ l-fatt li nstabu lożor imċapsin bid-demm fil-post fejn allegatament sar l-abbuż.
Il-Qorti ċaħdet it-talba tal-ħelsien mill-arrest.
Ritratt: Readers Digest