Ara Kemm Ser Jiswa L-Fast Ferry Bejn Malta U Għawdex

Wieħed mill-operaturi tal-fast ferry bejn Malta u Għawdex li ser jibda jaħdem mill-1 ta’ Ġunju illum ħabbar li l-prezz tal-vjaġġ bir-ritorn ser ikun ta’ €12 għall-adulti u €6 għat-tfal.
Għall-Għawdxin il-prezz se jkun ta’ €5 għall-adulti u €3 għat-tfal. Il-prezzijeit jorħsu għal dawk li jippreżentaw it-Tallinja card.
Iż-żewġ katamaran tal-virtu ferries li se joperaw il-fast ferry se jkollhom veloċita’ ta’ 35 knot u l-vjaġġ ser idum 45 minuta.