ARA L-GOWL – Jiskorja l-Goaler Ta’ Liverpool U Passaġġ Kważi Lest għaċ-Champions League

 ARA L-GOWL – Jiskorja l-Goaler Ta’ Liverpool U Passaġġ Kważi Lest għaċ-Champions League

Premier League 

Liverpool kienu kważi barra mill-UEFA Champions League l-istaġun li ġej, ftit sekondi kien jonqos fil-logħba tagħhom kontra t-tim diġa RELEGAT West Brom biex l-istaġun li ġej jikkuntentaw b’parteċipazzjoni fil-UEFA Europa League.

Iżda l-aħħar azzjoni tal-partita f’The Hawthorns bl-iskor 1-1, il-goalkeeper Brażiljan tar-Reds Alisson Becker tela’ jgħin lil sħabu f’sitwazzjoni ta’ dead ball situation, korner minn fuq ix-xellug, l-eks goalkeeper ta’ Roma għola fuq kulħadd biex b’daqqa ta’ ras stupenda tefa’ ballun fir-rokna tax-xibka fejn il-goalkeeper avversarju Sam Johnstone ma’ setax jilħaq biex ta rebħa drammatika ta’ 2-1 lir-Reds.

Rebħa li biha issa r-Reds huma favoriti li jiksbu wieħed mill-ewwel erba’ postijiet fil-klassifika, meta jonqos żewġ logħbiet biss għal kull tim biex jintemm il-Kampjonat u ż-żewġ timijiet ta’ fuqhom, ironikament iż-żewġ finalisti tal-FA Cup Chelsea u Leicester jerġgħu jilgħabu tliet t’ijiem wara l-finali bejniethom f’Wembley Stadium u naturallment wieħed minnhom irid iwaqqa’ l-punti.

Min-naħa l-oħra, Liverpool jonqoshom żewġ konfronti fuq il-karta faċli kontra żewġ timijiet salvi u li m’għandhomx aktar x’joffru lil dan il-kampjonat, Burnley away nhar l-Erbgħa u Crystal Palace f’darhom fil-logħba finali nhar il-Ħadd li ġej f’Anfield.

Attwalment Liverpool jinsabu fil-ħames post tal-klassifiak bi 63, punt fuqhom fir-raba’ post Chelsea, tliet punti fuqhom b’66 punt Leicester City, f’dik li mistennija tkun battalja ħarxa fl-aħħar 180 minuta logħob biex jiġi deċiż liema tim minn dawn it-tlieta se jibqa’ barra mill-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej.

F’logħbiet oħra l-Ħadd, rebħa minn wara għal Crystal Palace li għelbu lil Aston Villa 3-2, b’goal f’kull taqsima Tottenham għelbu lil Wolves 2-0 u sorpriża filgħaxija meta Everton jidher li tilfu kull tama li jikkwalifikaw għall-Ewropa fl-istaġun li ġej b’telfa f’darhom kontra t-tim tal-qiegħ u li diġa ilu relegat Sheffield United bl-iskor ta’ 1-0.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com