Ara: “Rinaxximent” – Film Qasir Ta’ Teatru Malta
Il-film qasir li għadu kif ħareġ ta’ Teatru Malta jġib l-isem “Rinaxximent”. Dan il-film isegwi tifla żgħira, Leah, li kienet qiegħda tipparteċipa f’wieħed mill-proġetti tat-Teatru Malta – Festival tat-Teatru taż-Żgħażagħ Trikki Trakki. Wara li l-festival jitwaqqaf, Leah kellha tmur lura għall-ħajja ġdida normali tagħha: tmur l-iskola biż-Zoom, u tiskrollja fil-midja soċjali.
Hija tħossha frustrata li ma tistax tagħmel kuntatt soċjali, ħlief b’mod virtwali. Iżda, f’avventura fantastika, terġa’ tiskopri kotba u librerija sigrieta, titgħallem dwar it-teatru u r-rinaxximent.
Ġie ukoll imħabbar li “Rinaxximent” kien wieħed mill-10 films qosra magħżula minn 22 sottomissjoni sabiex jintwerew fil-Festival Internazzjonali tat-Teatru prestiġjuż online ta’ The Theatre Times.
“Rinaxximent” huwa miktub u dirett minn Sean Buhagiar, b’ċinematografija u editjar ta’ Karl Andrew Micallef, mużika ta’ Yazmin Kuymizakis, direzzjoni tal-casting ta’ Christian Debono u jinkludi l-atturi Leah Grech u Ian Moore.
Segwi l-vjaġġ ta’ Leah u ara l-film qasir ta’ Teatru Malta.