ARA: Tfal Jawguraw Lil Destiny

Tfal minn The Nursery School – Child Day Care Club jagħtu l-awguri tagħhom lill-ambaxxatriċi Maltija Destiny.
It-tfal jidhru jisfnu mal-kanzunetta Je Me Casse u jxejjru l-bandiera Maltija. Huma jwasslu kliem ta’ kuraġġ u imħabba lil kantanta Destiny.
Jawgurawlha l-isbaħ xewqat għas-serata tal-lejla u jfakkruha li għalina diġà rebbieħa!