Ara: Xadina Rari Tingħata Banju Wara Li Titwieled

Filmat li deher fuq Daily Mail juri xadina rari tingħata banju wara li titwieled. Din ix-xadina magħrufa bħala Francois’ leaf, kienet imsemmiha Qúy Báu wara li twieldet ġo Zoo fil-Philadelphia. Wieħed jinnota kif l-isem Qúy Báu jfisser pjezzjuż fil-Vjetnamiż. Għal bidu jidher li ommha, Mei Mei, ma kinitx qiegħda tagħti każ lil din il-wild, għalhekk il-ħaddiema ħadu lix-xadina Qúy Báu fi sptar tal-annimali sabiex jaħsluha u jitmawha. Jidher li issa x-xadina bnit rabta speċjali m’ommha!
Ħafna huma dawk li jsostnu li l-annimali m’għandhomx ikunu ġo Zoo, iżda intom x’taħsbu dwar dan?
Ritratt u filmat: Daily Mail