Arrestat Raġel Li Allegatament Wettaq ‘Hold Up’ F’Pastizzerija F’Ħal Għaxaq

 Arrestat Raġel Li Allegatament Wettaq ‘Hold Up’ F’Pastizzerija F’Ħal Għaxaq

Raġel ta’ 41 sena, li allegatament wettaq hold-up f’pastizzerija fi Triq Tumbarellu, Ħal Għaxaq kien arrestat wara ħidma konġunta bejn il-Pulizija tad-Distrett taż-Żejtun u tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri.

Il-każ seħħ nhar it-Tnejn illi għadda, meta għall-ħabta tat-tlieta u kwart ta’ wara nofsinhar, raġel armat b’mus, daħal fil-ħanut, li dak il-ħin kien hemm impjegata, tfajla ta’ 19-il sena u talabha l-flus.

Minn aktar stħarriġ, il-Pulizija rnexxielha tidentifika l-allegat ħalliel, fejn dan ġie arrestat ilbieraħ wara nofsinhar minn residenza f’Ħal Għaxaq.

Huwa kien qed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana, fejn illum f’nofsinhar, kellu jitressaq il-Qorti  quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima.

Il Prosekuzzjoni se titmexxa mill-Ispetturi Lydon Zammit, Stephen Gulia u Janetta Grixti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com