Bernard Grech Itenni Li Jrid Ekonomija Li Taħdem Għan-Nies

 Bernard Grech Itenni Li Jrid Ekonomija Li Taħdem Għan-Nies

Il-Kap tal-Opożizzjoni Bernard Grech beda billi qal li politika għan-nies tfisser li l-ekonomija tkun qed taħdem għan-nies.

Kompla billi faħħar il-prestazzjoni ta’ Destiny u hawn semma, kemm huwa importanti li l-arti tkun apprezzata u li l-miżuri li jittieħdu, għandhom jagħtu prijorità lill-arti.

Il-Kap tal-Opożizzjoni ftakar ukoll f’min tilef il-libertà matul il-pandemija b’referenza għall-anzjani li sal-lum, tenna li għadhom maqfulin.

Qal li huwa importanti li nibdew ingawdu u nirrilassaw għaliex is-saħħa mentali taffettwa lil kulħadd iżda qal kif irridu nirrispettaw lil xulxin u li issa, malli jibdew ġejjin it-turisti, għandu jkun hemm screening rigoruż biex ma narmux dak kollu li għamilna.

Komplu segwu hawn:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com