Bħal-Lum Kien Irreżenja Ċensu Moran. X’Kien Ġara?
Bħal-lum 24 ta’ Mejju tal-1995, l-ex Ministru Laburista, it-Tabib Ċensu Moran kien irreżenzja mill-Partit Laburista wara artiklu fil-ġurnal Kattoliku Il-Ġens maħruġ mill-Media Centre.
L-artiklu kien allega li t-Tabib Moran kien jibgħat nisa tqal biex jagħmlu abort fi Sqallija. Ir-riżenja saret wara laqgħa bejn it-Tabib Moran u l-Kap tal-Opożizzjoni Alfred Sant.
It-Tabib Moran qal li rreżenja ma kinitx tfisser aċċetazzjoni tal-insinwazzjonijiet kontrieh iżda saret biex jiġġieled aħjar il-pożizzjoni tiegħu.
Moran qal li kien se jibqa’ memebru Parlamentari għax dik hija l-fiduċja li għabbewh biha l-votanti.