Bħal-Lum Mary Spiteri kklassifikat Fit-Tielet Post Fil-Eurovision Song Contest

 Bħal-Lum Mary Spiteri kklassifikat Fit-Tielet Post Fil-Eurovision Song Contest

Kien bħal-lum 9 ta’ Mejju tal-1992 li l-Kantanta Naxxarija Mary Spiteri kisbet it-tielet post fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Little Child.

Fuq versi ta’ Raymond Mahoney u mużika ta’ Georgina Abela, din kienet l-ewwel darba li pajjiżna kklassifika daqstant tajjeb f’dan il-konkors kbir.

Mary Spiteri kienet milqugħa b’festa kbira fin-Naxxar; raħal twelidha fejn anke daqqet il-banda u nħarqu l-murtali.

Insellmu lil Mary Spiteri.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com