Bil-Filmat: 113-Il Persuna Miż-Żejtun Kienu Sfaw Vittmi

 Bil-Filmat: 113-Il Persuna Miż-Żejtun Kienu Sfaw Vittmi
Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun ilbieraħ filgħodu b’mod ristrettiv fakkar it-traġedja li seħħet fil-Pjazza taż-Żejtun 79 sena ilu waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Traġedja li seħħet fit-2 ta’ Mejju tal-1942, li 113-il persuna miż-Żejtun sfaw vittmi. Waqt din it-tifkira ġiet imqegħda kuruna kif ukoll inżammet minuta silenzju għall-vittmi tat-traġedja.
Is-soltu f’din il-ġurnata l-Kunsill Lokali taż-Żejtun kien jorganizza attività bl-isem ‘iż-Żejtun Taħt in-Nar’, iżda din is-sena dan ma setax isir minħabba r-restrizzjonijiet tal-COVID19. Minkejja dan kollu, iż-żgħażagħ tal-għaqda Żejtun Organisation to Empower You (ŻOEY) fl-istess Kunsill Lokali ħadu ħsieb li jagħmlu filmat informattiv x’seħħ waqt din it-traġedja; https://www.facebook.com/seanchircop/videos/10158395702264005/. 
Dan il-filmat jgħid li kienu eżatt il-10:45 a.m. meta seħħet din it-traġedja. Il-ħin li l-parruċċani kienu jinsabu ħerġin mill-quddies ta’ filgħodu, f’dan l-ewwel Sibt tax-xahar tal-Madonna. Il-parruċċani li spiċċaw fit-tir ta’ din it-traġedja mdemmija. Huma kienu li ġarrbu l-uġiegħ u d-daqqa tal-minġel, il-mewt li taf toffri gwerra qerrieda.
Fosthom laqtet lit-tabib Emanuel Hyzler, li dak il-ħin kien għall-affari tiegħu għand il-barbier ta’ quddiem il-Knisja. Li spiċċa bla ħajja fuq is- siġġu tal-barbier stess. F’kemm trodd salib inħasdet il-ħajja ta’ 21 ruħ, ħafna minnhom fil-fjur ta’ tfulithom u żgħożithom, bl-iżgħar waħda Mary Rose Felice fl-età bikrija ta’ 5 snin, li sofriet tmiem ħajjitha ma’ oħtha. 30 oħra spiċċaw midruba, uħud minnhom gravi. Nies fil-periklu li jtemmu ħajjithom f’qasir il-għomor.
Hekk ġralhom 7 mill-midruba li tilfu ħajjithom fil-jiem ta’wara. 28 wild Żejtuni, ta’ kull età u klassi soċjali,b’ħaġa waħda komuni li l-ilkoll tilfu ħajjithom innoċentament.
Fil-parti t’isfel tal-faċċata tal-Knisja Parrokkjali wieħed jista’ jinnota d-daqqiet tax-shrapnels li ħarġu mill-blast li ġie kkawżat.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com