Bil-Filmat: Dr Lydia Abela B’Messaġġ Emozzjonanti F’Jum L-Omm
Mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela għaddiet messaġġ profond għall-okkażjoni ta’ Jum l-Omm fil-programm Serataron.
Esprimiet kemm hi kbira l-imħabba tal-omm lejn uliedha u li ma tistax tispjegaha bil-kliem.
Semmiet kemm min jaf kemm-il omm għamlet sagrifiċċji biex tara lil uliedha jimxu ‘l quddiem u fuq fommhom, tara t-tbissima.
Dr. Abela ħasbet ukoll f’min f’dan il-jum, iħoss dwejjaq ukoll; nisa bi problema t’infertilità, nisa li esperjenza korrimenti jew il-firda u l-mewt ta’ uliedhom ftit wara li welldu, f’dawk in-nisa li esperjenzaw ‘pregnancy test’ wieħed wara l-ieħor negattiv, f’nisa li dan il-jum jittamaw li ma jdumx biex jasal biex ma jdumx biex jgħaddi…