Bil-Filmat: Il-Prim Ministru U Giorgia Mae Jawguraw Lil Destiny Vitrwalment
Il-Prim Ministru Robert Abela lbieraħ flimkien ma’ bintu Giorgia Mae għaddew l-awguri tagħhom lill-kantanta bravissima Destiny li hija l-ambaxxatriċi ta’ pajjiżna għal din is-sena fil-Eurovision Song Contest li se jsir f’Rotterdam.
Il-Prim Ministru faħħar lil Destiny u qal li qed tagħmilna kburin. Minn qalbna nkomplu nawguraw l-isbaħ xewqat lil Destiny.