Bil-Filmat: Locked Out – X’inhu L-Iskop?
Locked Out huwa proġett li l-Fondazzjoni Mid-Dlam Ghad-Dawl qed tagħmel flimkien ma IFT Malta sabiex familjari ta’ persuni li jinsabu l-ħabs, jingħataw għajnuna professjonali u terapija sabiex ikunu jistgħu ikampaw fis-sitwazzjoni preżenti u jimxu ‘l quddiem fil-ħajja.
Ir-riċerka turi li numru sostanzjali ta’ dawn il-familji ma jirċievu l-ebda għajnuna, jintilfu fis-sistema u jispiċċaw żvantaġġjati, u din tgħodd l-aktar għat-tfal.
Grazzi għal dan il-proġett, li hu ffinanzjat mill-Ministeru tal-Intern, qed ikun ikkunsidrat li jkunu milħuqa dawn il-familji qabel ikun tard wisq.
Segwi hawn: