Bil-Filmat: Tabib Jinduna Li Għandha Kanċer Waqt Li Kien Jaraha Fuq Programm Tat-Televiżjoni
Tfajla li kienet qed tieħu sehem fil-programm televiżiv ‘Beach Front Bargain Hunt’, irċeviet aħbar xejn pjaċevoli ftit wara li dan il-programm ixxandar fuq HGTV channel.
Flimkien ma’ missierha, matul il-programm din it-tfajla tidher kuntenta u mimlija enerġija filwaqt li titkellem dwar id-dar tal-ħolm tagħha.
Iżda tabib tal-ENT (Ears, Nose and Throat) minn New York li kien qed isegwi l-programm innota nefħa fuq għonq it-tfajla u mill-ewwel ħass responsabbiltà.
“Għidt jista’ jkun li ma tafx li għandha xi ħaġa li tista’ tkun serja, u bħala speċjalista fil-qasam kont inkwetat għaliha”
Huwa ddeċieda li jagħmel kuntatt magħha permezz tal-midja soċjali sabiex jinfurmaha dwar dan u jħeġġiġha sabiex tagħmel it-testijiet neċessarji.
Nicole hija grata ħafna għall-azzjoni f’waqtha ta’ dan it-tabib, hekk kif wara li marret tiċċekja hija saret taf li filfatt għandha kanċer u b’hekk setgħet tibda t-trattamenti neċessarji.
Segwi l-istorja fil-filmat t’hawn taħt u ara l-mument meta Nicole iltaqgħet ma’ Dr.Voigt: