Bil-Filmat: Tilbes Il-Libsa Tat-Tieġ Wara 50 Sena Żwieġ Biex Tagħti Sorpriża Lil Żewġha

Anzjana xtaqet li tagħti sorpriża lil żewġha dakinhar tal-50 sena anniversarju taż-żwieġ tagħhom.
Bl-għajnuna ta’ bintha hija reġgħet libset il-libsa li żżewġet biha 50 sena qabel u marret ħdejn żewġha b’sorpriża, filwaqt li rringrazzjatu taż-żmien li qattgħu flimkien għal 50 sena sħaħ.
Iva, wara 50 sena baqgħet tiġiha l-libsa tat-tieġ… anki hi kienet sorpriża b’dan!
Ara l-filmat t’hawn taħt sal-aħħar sabiex tara x’reazzjoni kellu r-raġel.