Bil-Filmat: Tinbet Relazzjoni Bejn Il-Kantanti Tan-Norveġja U L-Ażerbaijan?

 Bil-Filmat: Tinbet Relazzjoni Bejn Il-Kantanti Tan-Norveġja U L-Ażerbaijan?

Xot tal-kamera fl-għeluq tal-finali tal-Eurovision is-Sibt li għadda wriet lill-kantanta tal-Ażerbaijan u l-kantant tan-Norveġja jitkellmu ma’ xulxin bi tbissima kbira fuq fommhom. Jidher li dawn it-tnejn bnew relazzjoni tajba ħafna sakemm damu f’Rotterdam, tant li l-ismijiet tagħhom, Efendi u Tix, ġew amalgamati f’isem wieħed għalihom bħala koppja… Efentix.

Waqt li kien qed jiġi ntervistat fil-jiem ta’ qabel il-festival, il-kantant tan-Norveġja tilef l-attenzjoni wara li sema lil Efendi tkanta u hemmhekk iddikjara li din il-kantanta tgħoġbu ħafna. Fil-jiem ta’ wara huwa ddedika diska għaliha, u bagħtilha l-fjuri aktar minn darba. Efendi wkoll iddedikat kanzunetta lil Tix filwaqt li ħallietlu sorpriża fid-dressing room tiegħu.

Segwi l-istorja ta’ dawn it-tnejn permezz tal-filmat t’hawn taħt:

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com