Bil-FILMAT: Vann Jieħu N-Nar Fis-Swieqi!

Filmat juri kif vann, aktar kmieni llum, fi Triq Sant’Andrija fis-Swieqi ħa n-nar. Jidher li l-imsemmi vann kien qiegħed qabel id-dħul tal-Park & Ride ta’ Pembroke.
Ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post sabiex jitfgħu n-nar li nħakem.
Jidher li x-xufier laħaq ħareġ mill-vann qabel ma dan ħa n-nar.