Bil-Filmat: X’Għamlet Meta Binha Ta’ 7 Snin Qalilha Mamà Għall-Ewwel Darba?

 Bil-Filmat: X’Għamlet Meta Binha Ta’ 7 Snin Qalilha Mamà Għall-Ewwel Darba?

Ramona hija l-mamà ta’ Niko, tifel fuq l-ispettru tal-awtiżmu li huwa non-verbal. Din l-omm tirrakonta kif binha, peremzz ta’ apparat personalizzat, illum qed jikkomunika magħha u b’hekk jista’ jgħidilha xi jkun qed iħoss u xi jkun jixtieq.

Hija tiddeskrivi l-mument emozzjonali meta wara 7 snin binha sejħilha mamà għall-ewwel darba. Fl-aħħar tal-filmat, permezz tal-apparat personalizzat li juża’ biex jikkomunika, Niko jgħid lil ommu Ramona “Happy Mother’s Day”. Dan il-filmat juri kif dan l-apparat teknoloġiku verament jibdel ħajjet dawn il-familji.

L-appart li juża Niko ġie provdut mill-Malta Trust Foundation. Nhar is-Sibt li ġej, lejliet Jum l-Omm, bejn nofsinhar u nofsillejl, se tkun qed issir maratona ta’ ġbir ta’ fondi li se tixxandar fuq l-istazzjonijiet lokali, sabiex jinxtara aktar minn dan l-apparat. Bid-donazzjoni tiegħek tista’ tagħti l-isbaħ rigali lil dik l-omm li sa issa għadha qed tistenna li binha jew bintha tingħata dan l-apparat sabiex tkun tista’ tibda tikkomunika mal-familjari u l-ħbieb.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com